Monday, May 13, 2024

Zane Pace u Delcine Galea se jikkompetu fl-Italja

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Żewġ sewwieqa żgħażagħ tal-karting, Zane Pace u Delcine Galea, it-tnejn sewwieqa mad-Dom Racing Team, vjaġġaw lejn Vittoria fi Sqallija biex is-Sibt 2 ta’ Settembru u l-Ħadd 3 ta’ Settembru, jikkompetu fil-Coppa Italia Ottava Zona.

L-avveniment ser iseħħ fil-Kartodromo Sole Luna. Din mhix l-ewwel darba li huma se jkunu qegħdin jikkompetu barra fejn dan is-sit kien saħansitra intervista lil Galea li l-imħabba tagħha lejn dan l-isport issegwi l-ġenerazzjonijiet preċedenti u l-progress tagħha fis-sewqan qiegħed ikompli jiddistingwiha fuq diversi livelli.

Minn qalbna nawguraw liż-żewġ sewwieqa.

Sport