Atalanta qed jittamaw li l-iskorer prolifiku tagħhom Duvan Zapata jirkupra fiż-żmien li ġej. Bħalissa l-plejer Kolombjan għaddej minn perjodu ta’ rijabilitazzjoni u skont it-tobba tal-klabb qed jirrispondi tajjeb għall-kura li qed ituh.
Sadanittant il-kowċ Giampiero Gasperini rċieva l-aħbar it-tajba li Zapata jista’ jerġa’ jkun għad-dispożizzjoni tal-klabb, għaxart ijiem oħra, bl-għan ewlieni hu li forsi jilagħbu għall-aħħar 30 minuta tal-logħba mill-kampjonat Taljan kontra Lazio.
Zapata ilu ma’ Atalanta sa mis-sena 2018 fejn lagħab 130 partita u skorja 66 gowl.