Tuesday, May 14, 2024

PSG jiċħdu allegazzjonijiet ta’ Mediapart

Aqra wkoll

Il-klabb Franċiż ta’ Paris St Germain ċaħad kategorikament l-akkużi li s-sit elettroniku Mediapart qal fil-konfront tiegħu. Skont dawn tal-aħħar fil-klabb mill-belt kapitali Franċiża hemm xi persuna jew persuni fi ħdan il-klabb li qed jagħmlu ħsara lil ċerti plejers fit-tim b’għidut mhux minnu.

Skont l-istqarrija maħruġa mis-sit soċjali ta’ PSG, il-klabb qatt m’avviċina terzi persuni sabiex jagħmlu ħsara lil xi ħadd mill-plejers jew l-istaff tiegħu anzi dejjem tiċċelebra s-suċċessi tagħha bl-aqwa mod possibbli, bil-plejers li huma magħquda sew mal-kumitat u l-ogħla awtoritajiet tal-klabb.

Sport