Quddiem il-kontroversja u l-apoloġija li talab l-Arċisqof Charles J. Scicluna għal kummenti li għamel Fr David Muscat, Talk.mt tkellmet ma’ membru tal-kleru dwar kif iħares lejn din is-sitwazzjoni. Tkellem magħna bil-kundizzjoni tal-anonimità, u enfasizza li “fil-każ ta’ Fr David Muscat, qed naraw każ fejn l-iżbalji jiġġeneraw ruħhom, proprju għax korpi jew uffiċċjali fi ħdan l-Knisja jew l-Istat jonqsu milli jaġixxu u jieħdu passi b’mod immedjat.”
Id-dikjarazzjoni ta’ Dr David Muscat li qed tkun investigata mill-Pulizija kienet titkellem f’sens li x’aktarx li tkun ‘gay’ hu agħar milli tkun imxajtan. Ma rridux ninsew li dan mhux l-uniku każ li fih kien involut Fr David Muscat. Fil-fatt għal dawn l-aħħar snin saru dikjarazzjonijiet minn Fr David Muscat. Fost id-dikjarazzjonijiet xokkanti li għamel kien hemm dik ta’ meta waqt attività tal-grupp estremista Emperium Europa hu nstema’ jgħid li l-politiku tal-lemin estrem, li jaqbel mal-politika tad-dittatur Adolf Hitler, żera żerriegħa li se tagħti l-frott.
“Il-katekiżmu tal-Knisja Kattolika hu ċar ħafna”
Il-membru tal-kleru li tkellem ma’ Talk.mt qalilna li “l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika li ħareġ fil-11 ta’ Ottubru 1992 fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-Konċilju Vatikan II u fl-14 il-sena tal-Pontifikat tal-Papa Ġwanni Pawlu II, meta jitkellem mill-omosesswalità fin-numru 2357 jgħid: “Homosexuality refers to relations between men or between women who experience an exclusive or predominant sexual attraction toward persons of the same sex. It has taken a great variety of forms through the centuries and in different cultures. Its psychological genesis remains largely unexplained. Basing itself on Sacred Scripture, which presents homosexual acts as acts of grave depravity, traditon has always declared that ‘homosexual acts are intrinsically disordered.’ They are contrary to the natural law. They close the sexual act to the gift of life. They do not proceed from a genuine affective and sexual complementarity. Under no circumstances can they be approved.”
Tenna li “jissokta fin-numru 2358 billi jgħid: “The number of men and women who have deep-seated homosexual tendencies is not negligible. They do not choose their homosexual condition, for most of them it is a trial. They must be accepted with respect, compassion and sensitivity. Every sign of unjust discrimination in their regard should be avoided. These persons are called to fulfill God’s will in their lives and, if they are Christians, to unite to the sacrifice of the Lord’s Cross the difficulties they may encounter from their condition.” Fl-aħħarnett, fin-numru 2359 jikkonkludi b’eżortazzjoni: “Homosexual persons are called to chastity. By the virtues of self-mastery that teach them inner freedom, at times by the support of disinterested friendship, by prayer and sacramental grace, they can and should gradually and resolutely approach Christian perfection.”
Jisħaq li “fin-numru 2357 hu evidenti li t-tagħlim tal-Katekiżmu hu bbażat fuq l-Iskrittura (Genesi 19:1-29; I Korintin 6:10,15-20; Rumani 1:24-27; I Timotju 1:10) u t-Tradizzjoni. Il-kliem hu ċar u iebes. Madankollu fin-numru 2358 jitkellem mill-imġiba tan-Nisrani vis-a-vis l-Omosesswali, partikularment jekk l-Omosesswali li jiġi f’kuntatt magħhom huma Insara. Anke jekk Fr David Muscat kellu f’moħħu dan it-tagħlim tal-Katekiżmu, ċertament li naqas milli juri rispett, ħniena u sensittività lejn dawn il-persuni, kif jeżorta l-istess Katekiżmu tal-Knisja Kattolika.”
L-istess membru qalilna li “ma jafx Fr David li “People who live in glass houses should not throw stones”? Nissuġġerulu, jekk għadu ma qarax, li jaqra l-ktieb ta’ Frederic Martel, IN THE CLOSET OF THE VATICAN: POWER, HOMOSEXUALITY, HYPOCRISY, London 2019. Fredric Martel hu awtur Franċiż u riċerkatur. “In the Closet of the Vatican is a book that reveals these secrets and penetrates this enigma. It derives from a system founded on a clerical culture of secrecy which starts in junior seminaries and continues right up to the Vatican itself. It is based on the double lives of priests and extreme homophobia. ‘Behind rigidity there is always something hidden, in many cases a double life.’ These are the words of Pope Francis himself and with them the Pope has unlocked the Closet.” (Ibid., backpage).”
L-istess membru tal-kleru qalilna li “propju fl-10 ta’ Diċembru 2021, il-Papa Franġisku faħħar lil waħda Reliġjuża ċertu Jeannine Gramick, S.L., li hija ko-fundatriċi tal-apostolat Kattoliku New Ways Ministry. Din ir-reliġjuza ċċelebrat 50 sena ta’ ħidma ma’ ndividwi L.G.B.T. Nikkwota “the pope congratulated her in Spanish on ’50 years of closeness, of compassion and of tenderness’ in a ministry that he described as being in ‘the style’ of God.” Jissokta l-artikolista “In his letter, the Pope praised Sister Gramick for her willingness to suffer for love’s sake. ‘You have not been afraid of ‘closseness’, he wrote, ‘and in getting close you did it ‘feeling the pain’ and without condemning anyone, but with the ‘tenderness’ of a sister and a mother’.” L-ittra tikkonkludi “ ‘Thank you, Sister Jeannine for all your closeness, compassion and tenderness’.”
L-istess membru tal-kleru qalilna li “bl-ikbar rispett konvint moralment li l-imġieba f’xi waqtiet xejn korretta ta’ Fr David ma eskalatx ruħha mil-lum għal għada. Storja li ilha li bdiet. L-ewwelnett, kif qatt l-awtoritajiet ekkleżjastiċi ttolleraw li dan is-saċerdot jaffilja ruħu ma’ Partit Politiku estrem u nazzarda ngħid b’elementi kważi radikali? Inkella kif qatt l-awtoritajiet ekkleżjastiċi ma ddeplorawx l-imġiba xejn xierqa ta’ dan is-Saċerdot, meta fl-okkażżjoni tar-riżenja tal-Prim Ministru Muscat dan l-istess Saċerdot ftaħar li għamel l-adorazzjoni u kanta t-Te Deum proprju għax irriżenja l-Prim Ministru? Sew il-Knisja kemm l-Istat għandhom l-mekkaniżmi rispettivi tagħhom u allura ġustament li nistaqsu: X’għamel in-Nunzju Apostoliku? Dan suppost qiegħed hawn biex josserva, jieħu nota, u jirraporta lis-Santa Sede. L-uffiċċju tan-Nunzju fl-ebda ħin ma jnaqqas mir-responsabbilta’ tal-Arċisqof. Fil-fatt fejn tidħol id-dixxiplina tal-membri tal-Kleru, bosta drabi hi fdata f’idejn l-Isqof tad-djoċesi. X’passi dixxiplinari ttieħdu mill-Knisja lokali? Li inti tgħid lil dak li jkun ‘neħħi l-post’ ċertament li mhix piena u anke jekk hi piena ċertament li mhix ekwiparata mad-dannu li nħoloq fost dawk milquta direttament jew indirettament, jiġifieri, persuna omosesswali jew inkella l-ġenituri tagħhom!”.
Kompla jgħid li “min-naħa tiegħu l-Istat Malti għandu l-Ambaxxatur għas-Santa Sede. Mill-ġdid x’għamel dan dwar dan l-inċident u inċidenti oħra li seħħew qabel? Li tirraporta NGO lis-Santa Sede ma jserrħilna xejn il-kuxjenza tagħna. Anzi pjuttost tirrifletti l-faqar tas-sitwazzjoni, fejn għandek uffiċċjali appuntati u ħadt miċ-Ċittadini jew mill-Poplu t’Alla ma jaf x’passi ttieħdu – jekk qatt ittieħdu! Ma nissorprendix ruħi jekk wara dawn l-mistoqsijiet, xi ħadd minnhom jipprova jagħti ġustifikazzjoni dwar il-passi li seta’ ħa. U allura f’dak l-istadju wieħed irid jistaqsi x’għamlu l-awtoritajiet fis-Santa Sede, partikularment l-Kongregazzjoni tal-Kleru, biex ma ngħidx ukoll il-Kongregazzjoni dwar it-Tagħim tal-Fidi? Mill-ġdid l-organi tal-Istat kemm qed ikunu xprunati biex jaġixxu? Għalfejn kellhom ikunu l-interventi ta’ żewġ Ministri biex il-Pulizija bdiet tinvestiga? Għalfejn fl-imgħoddi u għal bżonn taħt l-istess amminstrazzjoni, l-klassi politika u amministrattiva ma allertjatx lill-Pulizija fuq każi simili fejn individwi oħra kienu l-aġenti ta’ kliem ta’ mibegħda?”.
Saħaq li “jidher ċar li l-iżbalji jiġġeneraw ruħhom, proprju għax korpi jew uffiċċjali fi ħdan l-Knisja jew l-Istat jonqsu milli jaġixxu u jieħdu passi b’mod immedjat. Il-perċezzjoni li qed tingħata hi li anke jekk l-imġieba ta’ xi ndividwi mhix aċċettabbli, però hija ttollerata. Fuq kollox kemm hawn ħtieġa biex nedukaw lill-istess membri tal-Knisja dwar ix-xjenza, s-soċjoloġija u t-teologija tal-omosesswalita’, missjoni li Sister Gramick u Father Nugent wettqu b’tant dedikazzjoni u mħabba.L-aħħar kumment u nieqaf hawn, personalment niddejjaq meta naqra ċertu kummenti fil-midja soċjali dwar persuni li huma mogħnija b’xi uffiċċju partikulari fi ħdan il-Knisja jew l-Istat. Infittxu dejjem li l-kritika ma tkunx nieqsa mill-karità nisranija. Ċerti aġġettivi li jingħaddu partikularment fid-direzzjoni tal-awtorità ekkleżjastika u b’mod speċifiku fid-direzzjoni tal-Arċisqof ċertament li ma jagħmlulniex unur!”.