Sunday, May 19, 2024

It-tarbija mitlufa waqt l-evakwazzjoni fl-Afganistan mistennija tirritorna ma’ familtha

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tifel ċkejken li ġie mifrud minn familtu waqt l-evakwazzjoni mill-Afganistan f’Awwissu li għadda, instab qawwi u sħiħ fl-Afganistan stess.

Dakinhar tal-evakwazzjoni, Sohail Ahmad li kellu biss xahrejn, kien f’dirgħajn missieru, li bħala uffiċjal tas-sigurtà mal-ambaxxata Amerikana fost dawk li riedu jaħarbu mit-Talibani.

Waqt li kienu maqbuda fil-kaos u r-rassa barra l-ajruport ta’ Kabul, suldat Amerikan staqsa lil missier Sohail jekk kellux bżonn l-għajnuna. Il-missier għaddielu l-ibnu minfuq l-ilqugħ li waqqaf lil dawk preżenti milli jaqsmu bl-iskop li ċ-ċkejken ma jweġġax.

Meta l-familja taċ-ċkejken irnexxielhom jidħlu fl-ajruport, lil binhom ma sabuhx u kellhom iħalluh warajhom f’titjira lejn l-Istati Uniti. Huma ma qatgħux qalbhom u xandru l-istorja bil-għan li jirkupraw lil binhom. 

Il-persuna li ġabar liċ-ċkejken sabu jibki fl-ajruport u beda jrabbih daqslikieku kien ibnu. Tant hu hekk li għall-ewwel irrifjuta li jagħti t-tifel lura, iżda wara li t-Talibani stess daħlu fin-negozjati, intlaħaq ftehim biex dan jirritorna ma’ nannuh sakemm finalment ikun jista’ jingħaqad mal-ġenituri tiegħu f’Michigan.

Sport