Sunday, May 19, 2024

Il-vittmi tal-instabbiltà fil-Kazakhstan jaqbżu l-160

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-anqas 164 persuna mietu waqt protesti kontra l-gvern fil-Kazakhstan. Skont dawn ir-rapporti li jikkwotaw l-uffiċjali tas-saħħa, l-imwiet żdiedu minn 44 għal daqstant vittmi fi ftit jiem.

Skont l-Uffiċċju tal-President fil-pajjiż intqal li kważi 6,000 persuna ġew arrestati, inkluż għadd ta’ persuni barranin waqt il-protesti li seħħu aktar kmieni llum.

Fost il-fatturi li wasslu għal dawn ir-rewwixti kienet iż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil li raw dimostrazzjonijiet jinfirxu madwar il-pajjiż kollu.

Id-dimostrazzjonijiet bdew fit-tieni jum tas-sena u komplew jikbru fin-numru b’riflessjoni għan-nuqqas ta’ qbil mad-deċiżjonijiet tal-gvern u l-eks President Nursultan Nazarayev li mexxa l-Kazakhstan għal tliet deċenji.

Minħabba f’hekk, il-ġimgħa li għaddiet intbagħtu uffiċjali tal-ordni mir-Russja biex jgħinu biex tkun tista’ tinġieb l-ordni fil-pajjiż.  

Sport