Sunday, December 22, 2024

Zebbug Rangers jaħsdu lil Gudja United

Aqra wkoll

Zebbug R…………….2

Gudja U……………….0

Zebbug Rangers hasdu lil Gudja United meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0.

Zebbug għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss tmien minuti rebħu penalty meta Neil Tabone waqqa’ lil Travis Bartolo fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu CHARLES LOKOLI NGOY, li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Gudja wieġbu fl-40 minuta meta Muchardi għadda tajjeb lejn Navarrete li ra lill-goalkeeper ta’ Zebbug, Jamie Azzopardi, li mblokka tajjeb.

Fil-51 minuta, Gudja qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom Andre Prates permezz ta’ karta ħamra diretta wara foul ikrah li wettaq fuq Charles Lokoli Ngoy.

Madankollu, huma xorta bdew jipproduċu logħob sabiħ u fid-59 minuta, xutt minn ġol-kaxxa tas-sostitut Nagamatsu għadda ftit barra.

Iżda kienu Zebbug li ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal fil-61 minuta meta Charles Lokoli Ngoy pprovda l-assist lil KURT BONDIN li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Ir-Rangers komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

Zebbug R.: 1-Jamie Azzopardi, 2-Henrique Marcelino Motta, 3-Shaun Bugeja, 4-Leandro Almeida Da Silva, 5-Travis Bartolo (21-Stanimir Miloskovic 61), 8-Ayrton Mizzi, 10-Stefan Jankovic (Jeferson Macedo 61), 11-Charles Lokoli Ngoy, 15-Roberto Enrique Sanchez, 22-Gaetano Joseph Gesualdi (19-Glen Mifsud 72), 23-Kurt Bondin (7-Yanis Tonna 61) Coach: Brian Spiteri

Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos (7-John MIntoff 78), 5-Andre Prates, 9-Vitio Plut, 11-11-Shaisen Attard (8-Tatsuro Nagamatsu 46), 13-James Arthur, 17-Karl Micallef, 22-Hubert Vella (88-Farid Romero Zuniga 84), 23-Neil Tabone (14-Neil Anthony Micallef 64), 30-Matias Mcahardi, 77-Nicolas Navarrete Coagh: Andrea Agostinelli

Referee: Stefan Pace

Ass. Feferees: Duncan Sultana, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Daniel Portelli

Skorers: C. Lokoli Ngoy pen. 8, K. Bondin 61 (Z)

Tkeċċa: A. Prates 51 (G)

Ammoniti: L. Almeida Da Silva, T. Bartolo, R. Enrique Sanchez (Z), H. Vella, N. Tabone (G)

Player tal-Loghba: Charles Lokoli Ngoy (Z)

Ekonomija

Sport