Tuesday, April 30, 2024

AĠĠORNAT: Mara fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Erba’ ambulanzi ħadu tliet persuni l-Isptar wara ħabta fi Triq l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa.

YouTube video

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Captur misjuqa minn raġel barrani u Mercedes Benz C300 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Fgura.

Passiġġieri fl-ewwel karozza kien hemm mara ta’ 46 sena u raġel ta’ 47 minn Ħal Safi. Fit-tieni karozza kien hemm passiġġiera mara ta’ 31 sena residenti Santa Venera.

It-tliet persuni fl-ewwel karozza u l-passiġġiera fit-tieni karozza ttieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Il-mara ta’ 46 sena qed isofri ġrieħi serji filwaqt li r-raġel ta’ 47 sena u l-mara ta’ 31 sena qed isofru ġrieħi gravi.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta u qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

6:30 p.m: Persuni jinqabdu wara ħabta bejn żewġ karozzi

Numru ta’ uffiċjali kienu involuti f’ħidma kkordinata wara li għall-ħabta tas-6:00 p.m seħħ inċident tat-traffiku fi Vjal l-Avjazzjoni Luqa.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu involuti f’ħidma biex jassistu persuni li nqabdu fil-karozzi rispettivi tagħhom wara l-ħabta.

Tim mediku u ambulanzi issejħu biex ikunu jistgħu jassistu lill-persuni midrubin sakemm ikunu jistgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

It-triq tinsab magħluqa kompletament għat-traffiku sakemm il-Pulizija tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mal-inċident.

Sport