Friday, December 13, 2024

Zebra crossing roża parti mill-kampanja Pink October

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-kampanja nazzjonali Pink Oct-Mov ’21 rat il-bidu tagħha dalgħodu b’mixja simbolika fuq zebra crossing b’kuluri roża u abjad li għaliha pparteċipaw iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat; il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, Joe Bugeja; is-Sindku tal-Belt, Ray Azzopardi u l-Viċi Sindku tal-Floriana, Vince Borg.

Fi stqarrija Michell Muscat saħqet fuq l-importanza ta’ din il-kampanja edukattiva li l-għan tagħha huwa li teduka lill-poplu biex jagħmel testijiet regolari, biex jiċċekkja lilu nnifsu u l-bżonn li wieħed jiffaċċja l-biżgħa fuq affarijiet bħal dawn.

Fil-fatt il-Pink Oct-Mov ’21 mhuwiex se jiffoka biss fuq il-kanċer tas-sider iżda wkoll fuq kanċers oħra komuni fin-nisa b’mod speċjali dawk tal-kanċer fl-ovarji u ċervikali. Barra minnhekk, wara li sar stħarriġ nazzjonali, il-kampanja ta’ din is-sena se tiffoka biex teduka lill-irġiel mhux biss dwar il-ħtieġa li jiċċekjaw lilhom infushom, iżda anke kif jagħmlu dan b’mod korrett.

Dawk li jixtiequ jagħtu s-sostenn tagħhom lil Pink Oct-Mov ’21 jistgħu jmorru fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom jew inkella fuq Instagram. Hawnhekk, isibu l-avvenimenti kollha ppjanati għal dan ix-xahar.

Dettalji għal donazzjonijiet:

SMS fuq 50619238 (€11.65)

Telefonati fuq 51702052 (€15) jew 51802053 (€25)

Mobile fuq 99912373 (għal ammonti sa €500)

Ekonomija

Sport