Saturday, May 4, 2024

L-ebda persuna fl-ITU minħabba l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 14-il każ ġdid u rkupraw 30 persuna mill-virus. B’hekk il-każi attivi issa niżlu għal 311.

Rigward dawk rikoverati fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm ħames persuna rikoverati u li ħadd minnhom ma jinsab fit-Taqsima tal-kura intensiva.

It-total tal-vittmi tal-Covid-19 issa huwa 458 wara li fl-aħħar 24 siegħa miet anzjan ta’ 66 sena waqt li kienet pożittiva bil-virus. 

Sal-bieraħ kienu ngħataw 824,327 doża tal-vaċċin li minnhom 12,071 huma booster dose.

Sport