Friday, December 27, 2024

Zelensky jakkuża lir-Russja “b’terroriżmu tal-enerġija” 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky akkuża lill-Kremlin li rrikorra għat-“terroriżmu tal-enerġija” hekk kif it-truppi Russi wettqu ftit avvanzi fil-kamp tal-battalja. 

Zelensky qal li 4.5 miljun ruħ spiċċaw mingħajr enerġija wara l-attakki Russi fuq in-network tal-enerġija tagħha. 

Fl-aħħar ġimgħat, ir-Russja wettqet attakki fuq skala kbira ta’ misisli u drones fuq faċilitajiet tal-enerġija fl-Ukrajna. L-attakki seħħew hekk kif uffiċjali qalu li t-truppi Russi x’aktarx jirtiraw mill-belt ewlenija ta’ Kherson. 

Wara sensiela ta’ telfiet, ir-Russja żiedet l-attakki fl-aħħar ġimgħat fuq l-infrastruttura tal-elettriku fi bliet lil hinn mill-fruntieri. Skont il-President Zelensky, “fl-aħħar xahar biss, terz tal-power stations tal-pajjiż inqerdu.”

Fl-indirizz tiegħu matul il-ġurnata tal-Ħamis, Zelensky qal li “madwar 4.5 miljun konsumatur ġew skonnettjati temporanjament mill-konsum tal-enerġija.” 

Ekonomija

Sport