Tuesday, April 23, 2024

Zelensky jgħid li s-suldati Russi qatlu madwar 500 tifel/tifla Ukreni

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif l-imxija bejn l-Ukrajna u r-Russja għadha għaddejja, sa issa inqatlu 500 tifel utifla fl-Ukrajna. Dan tħabbar mill-President Ukren Volodymyr Zelenskyy. Huwa qasam din iċ-ċifra sigħat wara li l-ħaddiema tas-salvataġġ sabu katavru ta’. sentejn li mietet fi strajk Russu aktar kmieni din il-ġimgħa.

Zelensky qal li l-armi u l-mibegħda tar-Russi se jkomplu jieħdu u jeqirdu l-ħajja tat-tfal Ukreni kuljum u li kawża t’hekk mietu mijiet minn meta bdiet l-invażjoni tar-Russja fi Frar li għadda. Huwa żied jgħid; “ Ħafna minn dawn it-tfal setgħu jkunu studjużi famużi u artisti li jikkontribwixxu għall-istorja tal-Ukrajna.

Minbarra li bosta kienu dawk li sfaw vittma kawża ta’ dawn l-attakki, fil-pajjiż żdied ukoll it-tħassib dwar is-sigurtà ċivili. Dan hekk kif riċentament diversi uffiċjali Ukreni sabu kważi kwart ta’ 4,800 xelter msakkra u li ma setgħux jintużaw. Nhar il-Ħamis, mara ta’ 33 sena tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tistenna barra f’xelter magħluq fi Kyiv.

Bħala parti mill-investigazzjoni kriminali dwar il-mewt tagħha, ġew arrestati erba’ persuni. Flimkien mal-persuni arrestati, hemm ukoll gwardjan tas-sigurtá qed jiġi akkużat li naqas milli jiftaħ il-bibien tax-xelter u li għal dik ir-raġuni il-mara spiċċat barra mix-xelter tittama li xi darba jinfetaħ il-bieb.

Min-naħa tiegħu s-sindku ta’ Kyiv, Vitali Klitschko qal li l-belt irċeviet aktar minn 1,000 ilment dwar dawn ix-xelters. Il-maġġorparti tan-nies li jirrapurtaw qegħdin jgħidu li qegħdin isibuhom imsakkra u li għalhekk qed ikun ta’ periklu kbir fuq il-poplu Ukren.

Sport