Sunday, May 5, 2024

Zelensky mistenni jasal Londra llum għal laqgħa mal-PM Ingliż

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky, matul il-jum tal-lum mistenni jiltaqa’ fiżikament mal-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak.

Ħabbar dan Zelensky stess permezz ta’ kitba fuq Twitter fl-aħħar sigħat fejn qal li hu u Sunak se jkunu qed jagħmlu negozjati f’laqgħa li se ssir wiċċ imb wiċċ.

S’issa għad m’hemmx indikazzjonijiet ċari ta’ x’se jkunu qed jiddiskutu ż-żewġ mexxejja matul il-laqgħa tagħhom. Li hu żgur li Sunak wiegħed is-sapport kollu tar-Renju Unit lill-Ukrajna.

Infatti, fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Sunak u s-Segretarju għad-Difiża Ben Wallace ħabbru li l-Gvern Ingliż aċċetta li jforni lill-Ukrajna b’numru ta’ missili magħrufa bħala cruise missiles.

Sport