Saturday, November 16, 2024

Żewġ anzjani oħra jmutu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet ilbieraħ tard filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 70 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-20 ta’ Ottubru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni fosthom il-ħasil tal-idejn, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskri, hekk biss nistgħu nagħmlu d-differenza.

Ekonomija

Sport