Fil-jiem li għaddew l-Aġenzija Sapport u l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali rċevew rapporti kunfidenzjali dwar allegat abbuż minn żewġ carers fuq persuna b’diżabbiltà f’Dar Arka f’Għawdex.
Minnufih l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali skattat investigazzjoni sabiex ikunu stabbiliti l-fatti.
Il-każ għadda minnufih għand il-Pulizija li bdew l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Fil-preżent, iż-żewġ carers ġew sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom.