Tuesday, April 23, 2024

Fl-Awstralja: Tmut l-anzjana li jiem ilu ntuża taser gun fuqha minn Pulizija

…l-imsemmi uffiċjal jinsab sospiż minn xogħlu u mistenni jitressaq il-Qorti

Aqra wkoll

Tilfet ħajjitha Clare Nowland, l-anzjana ta’ 95 sena li tbagħti bid-dimensja, li aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet, sofriet xi ġrieħi kawża ta’ taser gun li ntuża fuqha mill-Pulizija.

Huwa mifhum li l-anzjana ta’ 95 sena bid-dimensja kienet qegħda ġġorr sikkina fuqha u li meta marru fuq il-post, uffiċjal tal-Pulizija minnhom uża taser gun sabiex iwaqqaf lil anzjani mill tibqa’ żżomm is-sikkina fuqha.

Kawża tat-taser gun, l-anjzana kellha tittieħed fl-Isptar ta’ Cooma f’New Sout Wales. Aktar tard, Nowland kienet ċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi f’rasha, filwaqt li kellha wkoll xi ksur.

Kienu bosta dawk li kkritikaw l-azzjoni tal-pulizija, b’uħud minnhom qalu li l-anjana kull ma kellha bżonn kien min ifehma bil-kalma u mhux bit-taser gun. Wħud sejjħu r-rispons tal-pulizija bħala sproporzjonat u mhux raġonevoli.

F’kummentli ta lil midja internazzjonali, il-ħabib tal-familja ta’ Clare, Andrew Thaler qal li bħalissa l-familja tinsab ixxukjata b’dak li ġara lil Clare. Minkejja li l-familja ta’ Nowland qegħda tingħata l-appoġġ, fi stqarrija li bagħtu nhar it-Tnejn, huma talbu għall-privatezza fost dan il-ħin, li iddiskrevewh bħala wieħed inkwetanti u tad-dwejjaq.

Waqt seduta tal-Parlament fi New Wales aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru Yasmin Catley qalet li tinsab ixxukjata b’dan l-inċident. Żiedet tgħid li temmen li dan il-każ huwa każ, li ħadd ma jkun irid li jiġri hekk lil ħadd.

Kelliem għal Pulizija qal li każijiet bħal dawn iridu jiġu riveduti mill-uffiċjali tal-omiċidju u l-kmand tal-kriminalità tal-istat. Qal ukoll li jekk jintlaħaq limitu fejn jinbidel minn kwistjoni dipartimentali għal kwistjoni kriminali, il-Pulizija huma maturi u trasparenti biżżejjed biex jagħmlu dak li għandu jsir.

L-Uffiċjal tal-Pulizija fl-Awstralja ġie sospiż minn xogħlu u mistenni jitressaq fil-Qorti Awstraljana fil-5 ta’ Lulju.

Sport