Thursday, April 25, 2024

Żewġ carers sospiżi wara allegat abbuż fuq persuna b’diżabilità f’Dar Arka f’Għawdex

Aqra wkoll

Fil-jiem li għaddew l-Aġenzija Sapport u l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali rċevew rapporti kunfidenzjali dwar allegat abbuż minn żewġ carers fuq persuna b’diżabbiltà f’Dar Arka f’Għawdex.

Minnufih l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali skattat investigazzjoni sabiex ikunu stabbiliti l-fatti.

Il-każ għadda minnufih għand il-Pulizija li bdew l-investigazzjonijiet meħtieġa.

Fil-preżent, iż-żewġ carers ġew sospiżi mill-qadi ta’ dmirijiethom.

Sport