Żewġ clubs mill-Major League Soccer Amerikana li ma ssemmewx b’isimhom huma interessati li jiksbu l-firma tal-midfielder difensiv ta’ Barcelona Sergio Busquets. Dan il-plejer veteran ta’ 34 sena ilu jilgħab fil-Camp Nou sa mis-sena 2008 u qed iħoss li wasal iż-żmien li jbiddel l-ambjent tiegħu wara servizz ta’ 451 logħba mal-Blaugrana.
Il-kuntratt ta’ Busquets jiskadi f’Ġunju 2023 għalkemm l-uniku intopp hu s-salarju tal-player li qed jitqies għoli għal dawn il-clubs mhux imsemmija mill-Istati Uniti.