Wednesday, December 25, 2024

Żewġ ġuvintur arrestati b’rabta ma’ allegat traffikar u pussess ta’ droga

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fis-sigħat li għaddew ġew arrestati żewġ ġuvintur, ta’ 24 sena u 16-il sena, b’rabta ma’ allegat traffikar u pussess ta’ droga. Huma kienu arrestati fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, fl-Isla.

Il-Pulizija kienu ilhom diversi jiem josservaw il-movumenti ta’ dawn iż-żewġ persuni, sakemm sar l-arrest, f’residenza privata fl-Isla fejn jgħix il-ġuvni ta’ 24 sena. Minn tfittxija li saret f’din ir-residenza, il-Pulizija sabu 24 pakkett b’sustanza bajda suspettata droga kokaina, 13-il pakkett b’sustanza kannella suspettata droga eroina, blokka suspettat raża tal-kannabis, kif ukoll diversi oġġetti relatati mal-abbuż u traffikar tad- droga u ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Il-ġuvni ta’ 24 sena mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tal-11:00 a.m quddiem il-Maġistrat Dr. Audrey Demicoli.

Intant, minn tfittxija li saret fuq il-ġuvni ta’ 16-il sena, il-Pulizija sabet pakkett suspettat li fih hemm ħaxixa tal-kannabis u xi affarijiet oħra relatati mal-abbuż tal-istess droga. Il-ġuvni mistenni jitressaq quddiem it-Tribunal tal-Ġustizzja, aktar ‘il quddiem.

Ekonomija

Sport