Wednesday, July 24, 2024

Żewġ ġuvintur jingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ammettew li serqu minn residenza

Aqra wkoll

Ġuvintur ta’ 18-il sena residenti l-Qawra u ġuvintur ieħor ta’ 18 -il sena mill-Mosta, ingħataw il-ħelsiien mill-arrest wara li fil-Qorti ammettew li serqu minn residenza.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li ż-żewġ ġuvintur, Jamie Jameson Magro u Iain Turnball ġew arrestati ftit tal-ħin wara li wettqu is-serqa mir-residenza li tinsab fi Triq Ta’ l-Imdawra fin-Naxxar

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll illi minn tfittxija illi saret fuq iż-żewġ akkużati, instab li dawn kellhom mannara, maxetta u ammont ta’ ġojjellerija, liema oġġetti kienu nsterqu mill-istess residenza imsemmija.

Il-Pulizija qalet ukoll li minn investigazzjonijiet li twettqu, irriżulta li ftit tal-jiem qabel nsterqet ukoll vettura mill-istess propjetà u saru ħsarat fuq numru ta’ vetturi fl-istess inħawi, allegatament mill-istess żgħażagħ.

Is-sentenza se tingħata wara li jitħejja pre-sentencing report mill-uffiċjal tal-probation, bid-Difiża mmexxija mill-Avukati Arthur Azzopardi, l-Avukat Frank Tabone u l-Avukat Julia Micallef Stafrace.

It-talba tad-Difiża ġiet milquha kemm mill-Prosekuzzjoni, kif ukoll mill-Maġistrat Elaine Rizzo, li pprosediet il-każ. Il-Maġistrat Rizzo qalet li ż-żewġ ġuvintur se jingħataw l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundiizzjonijiet, fosthom li jiffirmaw kuljum fl-Għassa fejn jgħixu, jiġifieri fil-Mosta u f’San Pawl il-Baħar.

Hija ordnatilhom ukoll sabiex jiddepożitaw is-somma ta’ €300, flimkien ma’ b’garanzija personali ta’ €1,000 kull wieħed. Hiija ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittmi.

Ekonomija

Sport