Friday, December 20, 2024

Żewġ impenji internazzjonali għar-referee Philip Farrugia

Aqra wkoll

Ir-referee tal-FIFA Philip Farrugia ġie maħtur biex jikkontrolla l-logħba ta’ Grupp F tal-Kampjonati UEFA U21 bejn il-Montenegro u l-Lussemburgu u l-partita ta’ Ħbiberija tat-Team Nazzjonali A bejn l-Albanija u l-Estonja.

Il-logħba tal-U21 tintlagħab nhar il-Ġimgħa fid-DG Arena Lješkopolje, fil-Montenegro u tibda fit-8.15pm. Għal din il-partita, Philip Farrugia se jingħaqad minn Alan Camilleri u Christopher Francalanza bħala Assistant Referees u Glenn Tonna se jkun ir-raba’ uffiċjal.

Intant, Philip Farrugia se jikkontrolla wkoll il-partita ta’ Ħbiberija tat-Team Nazzjonali bejn l-Albanija u l-Estonja li se tintlagħab fl-Albania Stadium fl-Albanija fit-13 ta’ Ġunju u tibda fis-6.00pm. Miegħu jingħaqdu Alan Camilleri u Jurgen Spiteri li se jkunu l-Assistent Referees ta’ din il-partita.

L-MFA awgurat liż-żewġ timijiet ta’ referees assenjati għal dawn il-logħbiet.

Ekonomija

Sport