Żewġ Ingliżi arrestati fl-ajruport

Aqra wkoll

Żewġ Ingliżi, raġel ta’ 33 sena u mara ta’ 32 sena, nhar l-Erbgħa bil-lejl kienu arrestati fl-ajruport waqt li allegatament kienu qegħdin jitraffikaw id-droga.

Kienu għal xil-11:00 p.m., meta l-pulizija irċeviet telefonata anonima li fis-sala tat-tluq
kien hemm mara u raġel, allegatament ibiegħu d-droga. Wara li l-pulizija ngħatat deskrizzjoni
tagħhom, minnufih bdiet tfittxija għaż-żewġ persuni, fejn dawn instabu ftit tal-ħin biss wara
fis-sular t’isfel tal-ajruport u ġew arrestati.

Minn analiżi li saru dak il-ħin minn fuq kameras tas-sigurtà, ġie stabbilit li kienu qegħdin
jagħmlu użu minn vettura li kienet ipparkkjata fil-parkeġġ tal-istess ajruport. Għaldaqstant
saret tfittxija fil-vettura fejn fiha nstabu erba’ qratas b’sustanza suspettata kokaina, żewġ
qratas b’sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, seba’ pilloli suspettati ecstasy, kif ukoll 54
flixkun b’Nitrous Oxide, magħruf bħala laughing gas, u madwar €1,000 fi flus kontanti.

Iż-żewġ persuni mistenni jitressqu l-Qorti illum, għall-ħabta tas-12:45 p.m., quddiem il-Maġistrat Dr Franco Agius LL.D.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport