Saturday, November 23, 2024

Żewġ irġiel Maltin arrestati flimkien ma’ Daniel Muka jinħelsu mill-kustodja tal-Pulizija

Aqra wkoll

Żewġ irġiel Maltin li kienu qed jinżammu fil-kustodja tal-Pulizija wara l-arrest ta’ Daniel Muka lbieraħ, li huwa suspettat bil-qtil doppju f’Tas-Sliema, inħelsu mill-arrest.

Iż-żewġt irġiel kienu fl-istess residenza flimkien ma’ Muka fil-ħin li sar ir-rejd ilbieraħ.

Muka, ta’ 25 sena u li huwa ta’ nazzjonalità Albaniża, huwa s-suspettat prinċipali fil-qtil ta’ Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski. Iż-żewġt irġiel inqatlu fir-residenza tagħhom f’Tas-Sliema it-Tlieta tal-ġimgħa li għaddiet.

Intant huwa mifhum li l-Pulizija għadha qed tfittex għal żewġt irġiel oħrajn b’rabta ma’ dan l-omiċidju doppju.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, f’konferenza tal-aħbarijiet li żvolġiet ilbieraħ qal li ż-żewġ Maltin ma kinux suspettati b’rabta mal-qtil ta’ Pandolfino u Maciejowski.

Wieħed mill-irġiel ġie rilaxxat dalgħodu filwaqt li l-ieħor inħeles waranofsinhar.

Sport