Friday, December 13, 2024

Żewġ katavri misjuba fi propjetà f’Lincolnshire … il-każ għadu mhux solvut

Aqra wkoll

Bħalissa l-pulizija jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet wara li nstabu żewġ katavri fi propjetà fi Sleaford, Lincolnshire. X’aktarx li ż-żewġ vittmi huma mara li għandha madwar 30 sena u raġel li għandu madwar 40 sena.

Tim mediku mar minnufih f’dar fi Triq San Ġorġ ilbieraħ waranofsinhar wara li rċivew rapporti li żewġ persuni jinsabu midruba. Iż-żewġ individwi ġew iċċertifikati mejta u s’issa dan il-każ għadu misteru hekk kif għadha ma ġiex stabbilit x’wassal għall-mewt tagħhom.

S’issa, il-vittmi għadhom ma ġewx identifikati b’mod formali. Sadanittant, numru ta’ uffiċjali tal-pulizija jinsabu stazzjonati mal-propjetà sabiex jipprevenu li jidħlu xi nies fil-bini, waqt li membri tal-forensika qed ikomplu jeżaminaw iż-żewġ katavri.

Ekonomija

Sport