Saturday, November 23, 2024

Żewġ Maltin fl-Awstralja jmutu fi spazju ta’ ftit sigħat bil-COVID-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġ Maltin, li kienu jgħixu f’Victoria f’Melbourne l-Awstralja mietu bil-COVID-19 f’temp ta’ 31 siegħa. 

Charles u Carmen Micallef kien jgħixu Malta u kienu emigraw lejn l-Awstralja snin ilu. Carmen li kellha 92 sena mietet waqt li kienet f’dar tal-anzjani waqt li  Charles Micallef miet waqt li kien rikoverat fir-Royal Melbourne Hospital. Titkellem in-neputija tagħhom, u tgħid li kollox seħħ malajr ħafna minkejja li ħadu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

Fl-aħħar jiem l-istat Awstraljan ta’ Victoria ddikjara stat ta’ diżastru u impona miżuri ġodda ta’ lockdown wara żieda qawwija fin-numru ta’ infezzjonijiet ġodda tal-COVID-19.

Sport