Cherise Bugeja u Anouska Naudi għamlu unur lill-pajjiżna f’kompetizzjoni tal-pole fitness. Fl-akbar kompetizzjoni internazzjonali li ssir ta’ din l-attività sportiva mill-Pole Sport (PSO), dawn iż-żewġ tfajliet kellhom prestazzjonijiet eċċellenti tant li kisbu l-ewwel u t-tieni post rispettivament.
Din il-kompetizzjoni saret fi tmiem il-ġimgħa f’Zurich, fl-Isvizzera. Iż-żewġ tfajliet Maltin ikkompetew kontra atleti oħra fl-istess kategorija u fl-istess livell. F’tagħhom kien hemm b’kollox ħames kompetituri minn pajjiżi differenti.
F’kumment li taw lil dan is-sit, Bugeja u Naudi qalulna li, “ninsabu kuntenti ħafna bil-kisbiet tagħna u nixtiequ nwasslu għarfien dwar din l-attività sportiva tant sabiħa tal-pole fitness minħabba li ma tantx hija magħrufa f’Malta”.