Monday, November 4, 2024

Żewġ midalji fil-judo … waħda deheb u l-oħra fidda

Aqra wkoll

Fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar waslet l-ewwel midalja tad-deheb għal Malta hekk kif il-judoka Katryna Esposito rebħet il-Kategorija -48 kg. 

Hija għelbet lill-Maltija, Kirsty Cauchi, biex imbagħad affrontat liċ-Ċiprijotti, Marina Kyprianou u Veronika Kalaitsidou.

Fil-kummenti tagħha, Esposito qalet li tinsab kuntenta ħafna li s-sagrifiċċji li għamlet taw il-frott tagħhom u issa se tkompli taħdem għall-Kampjonati Ewropej lejn tmiem is-sajf. Wara dawn il-mira tagħha hija li tikseb punti biżżejjed biex tikkwalifika għall-Olimpjadi. 

Min-naħa tiegħu,  il-judoka James Zahra rebaħ il-midalja tal-fidda fil-kategorija -60kg.

James Zahra kiseb it-tieni rebħa tal-ġurnata meta għeleb lil Manuel Tischhauser ta’ Liechtenstein, b’Ippon. 

Sport