Id-Delegati Maltin tal-EHF Alan Grima u Marylyn Agius ġew nominati mill-Federazzjoni Ewropea tal-Handball biex imexxu partiti internazzjonali għada s-Sibt.
Alan Grima se jkun impenjat f’Hasselt, il-Belġju għall-partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat tad-Dinja tal-Irġiel 2023 bejn il-Belġju u t-Turkija. Ir-referees nominati għall-partita huma Tomislav Cindric u Robert Gonzurek mill-Kroazja.
Marylyn Agius se tkun qed tiddelega l-partita tal-1 leg tal-aħħar 16 tat-Tazza Ewropea EHF tan-Nisa bejn SSV Brixen Sudtirol (l-Italja) u HG Galychanka Lviv (l-Ukrajna) li se tintlagħab fi Brixen, l-Italja. Sabien Weber u Denis Weinquin mill-Lussemburgu se jkunu r-referees tal-partita.