Wednesday, December 25, 2024

Żewġ notebooks ta’ Charles Darwin jiġu rritornati b’mod misterjuż 20 sena wara li nsterqu

Aqra wkoll

Żewġ notebooks b’qoxra tal-ġilda li fihom il-famuż Charles Darwin kien niżżel għadd ta’ noti li finalment ifformaw it-teorija tal-evoluzzjoni reġgħu ġew irritorni deċenji wara li kienu ġew misruqa. Dawn in-notebooks huma proprjetà tal-Librerija tal-Università ta’ Cambridge.

L-għejbin ta’ dawn in-note­books kien seħħ fis-sena 2000 liema każ qatt ma ġie solvut. Ġara iżda li fl-aħħar jiem, fl-imsemmija librerija instab basket li fejn fih kien hemm dawn iż-żewġ notebooks ingeżwrin f’materjal protettiv u kienu fl-istess kundizzjoni ta’ meta nsterqu. Il-basket, li kien ta’ lewn roża, ġie mqiegħed barra l-uffiċċju tal-librar. Ġewwa l-basket, kien hemm pakkett imgeżwer qisu rigal u nota mill-persuna li ħalla dan il-basket. In-nota kienet tgħid “Librarian/ Happy Easter/ X”. Min poġġa dan il-basket irnexxielu jevita li jidher fuq is-CCTV cameras. 

Hekk kif instab il-basket, il-librara kellhom jistennew ħamest ijiem qabel ineħħu l-kontenut mill-plastik hekk kif dan ġie eżaminat mill-pulizija. Wara, il-librara wettqu l-istudji tagħhom biex jaraw jekk dawn humiex n-notebooks oriġinali u rriżulta li dawn huma dawk li kellha l-Università ta’ Cambridge. 

Ekonomija

Sport