Żewġ persuni li waslu Malta abbord titjira minn Barċellona rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Dan kien ikkonfermat mill-awtoritajiet għas-saħħa.
Il-passiġġieri, li ġew pajjiżna abbord titjira tal-linja tal-ajru low cost Ryanair, kienu sottoposti għal random testing fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-ġimgħa li għaddiet partijiet minn Spanja tpoġġew fuq il-lista Maltija ta’ dawk il-pajjiżi meqjusin bħala high-risk.
Din kienet l-ewwel darba li rriżultaw każi pożittivi mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mindu tnieda r-random testing.