Sunday, November 24, 2024

Żewġ persuni bi ġrieħi gravi f’inċidenti separati

Aqra wkoll

Raġel u mara kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku iktar kmieni llum.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta 08.30am, fi Triq il-Bardnell, San Pawl il-Baħar. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 62 sena residenti San Pawl il-Baħar, intlaqat minn Mitsubishi L200, li kien qed jinstaq minn Ingliż ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar ukoll.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-10.45am, fi Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien. Mill-istħarriġ li sar jidher li mara ta’ 68 sena residenti l-Imqabba, intlaqtet minn Toyota IQ , li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 56 sena u joqgħod Ħal Tarxien.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ persuni milquta ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport