Thursday, December 26, 2024

Żewġ persuni fil-periklu tal-mewt wara li ttajru minn vettura f’inċidenti separati

Aqra wkoll

Raġel u mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku iktar kmieni llum.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-04.15am, fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 74 sena u joqgħod iż-Żejtun, intlaqat minn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-05.45am, fi Triq Salvu Psaila, Birkirkara. Mill-istħarriġ li sar jidher li mara ta’ 62 sena u tgħix Birkirkara, intlaqtet minn Toyota Funcargo li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Imsida.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Rizzo LL.D ġiet infurmata bil-każijiet u ħatret inkjesti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport