Friday, November 22, 2024

Raġel fil-periklu tal-mewt u mara bi ġrieħi gravi wara li waqgħu minn għoli f’residenza f’Ħaż-Żebbuġ Għawdex

Aqra wkoll

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt u mara qed issofri minnġrieħi gravi. Dan wara li dalgħodu għall-ħabta tas-7:15 a.m, intalbet l-assistenza tal-Pulizija fi
Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoniji illi saret, irriżulta li
allegatament, ir-raġel li għandu 29 sena mis-Serbja kien waqa’ ġox-xaft tal-blokka filwaqt li l-mara ta’ 34 sena kienet waqgħet mill-gallarija għal ġol-bitħa.

Tim mediku ta l-assistenza u l-vittmi ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D li ħatret inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ

Aktar kmieni: Żewġ persuni jaqgħu minn għoli f’residenza f’Marsalforn

Żewġ persuni, tfajla Għawdxija u raġel ta’ nazzjonalità barranija aktar kmieni dagħodu kellhom jiddaħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li waqgħu minn għoli minn residenza f’Marsalforn.

Sorsi qrib il-korp tal-Pulizija qalu lil dan is-sit li huma ssejħu fuq il-post għax kienet waqgħet tfajla minn gallarija fi Triq ir-Rabat Marsalforn.

Hekk kif komplew bl-investigazzjoni, sabu raġel ta’ nazzjonalità barranija li kien waqa’ minn tieqa fl-istess appartament u ġie fix-xaft tal-binja.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lill-persuni nvoluti u aktar tard ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Il-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa.

L-Ispettur Keith Xerri mid-Distrett ta’ Għawdex qed jinvestiga l-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport