Saturday, May 4, 2024

Żewġ persuni jindarbu gravi wara ħabta f’Birkirkara

Aqra wkoll

Żewġ persuni sofrew ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:00 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Wied tal-Imsida, Birkirkara. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Ford Ka, misjuqa minn raġel ta’ 58 sena residenti Birkirkara, u Renault Megane, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti Birkirkara. 

Fil-karozza flimkien mas-sewwieq ta’ 58 sena kien hemm passiġġiera mara ta’ 56 sena residenti San Ġiljan. 

Ir-raġel ta’ 58 sena u l-mara ta’ 56 sena ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sakemm setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huma kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport