Tuesday, December 24, 2024

Żewġ persuni jindarbu gravi wara ħabta fil-Mellieħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żewġ persuni ndarbu gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tat-8:15 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Skoda Rapid, misjuqa minn Eritrean ta’ 37 sena residenti l-Msida, u mutur Kymco, misjuq minn raġel ta’ 55 sena residenti r-Rabat, Għawdex. Fuq il-mutur kien hemm ukoll mara ta’ 54 sena residenti r-Rabat, Għawdex ukoll. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq u l-passiġġier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport