Saturday, December 21, 2024

Żewġ persuni jindarbu wara argument fil-Marsa

Aqra wkoll

Il-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun qegħdin jinvestigaw allegat argument li seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, f’residenza fil-Marsa.

Kienu għall-ħabta tan-00.30a.m., xħin żewġt irġiel daħlu fl-Għassa tal-Ħamrun bi ġrieħi f’wiċċhom u idejhom. Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-argument seħħ fi Triq il-Marsa, Marsa u li allegatament intużaw sikkina u flixkun tal-ħġieġ.

Wieħed mill-irġiel, li għandu 50 sena, residenti l-Ħamrun, irċieva kura f’Ċentru tas-Saħħa, u ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel l-ieħor, li l-identità tiegħu għadha mhiex magħrufa, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport