Wednesday, April 24, 2024

Aġġornat: Mara u żewġt itfal l-Isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Mara u żewġt itfal ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30pm, fi Triq Tal-Balal, San Ġwann bejn karozza tat-tip Hyundai I10 misjuqa mill-mara u Mitsubishi Lancer li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ 20 sena minn Wied il-Għajn.

Flimkien mal-mara kien hemm żewġt itfal li għandhom 11 u 14-il sena. Aktar tard huma ġew iċċertfikati li sofrew minn ġrieħi ħfief.

B’xorti t-tajba, il-ġuvni ta’ 20 sena ma weġġax f’dan l-inċident.

Kawża ta’ dan l-inċident saru xi ħsarat fuq vettura tal-għamla BMW li kienet ipparkjata.

Sport