Thursday, March 28, 2024

Borussia Dortmund favoriti li jiffirmaw lil Karim Adeyemi

Aqra wkoll

Borussia Dortmund jinsabu favoriti fuq Liverpool fit-tellieqa biex jakkwistaw lill-istilla ta’ Red Bull Salzburg, Karim Adeyemi.

Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena kellu bidu mill-aqwa għall-istaġun 2021-22 maċ-champions Awstrijaċi, u skorja 14-il gowl minn 20 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.

Il-forma stellari ta’ Adeyemi ġibdet l-interess ta’ Liverpool u Paris Saint-Germain, u dan l-aħħar l-attakkant qal li kien “onorat” li jkun marbut mat-team ta’ Jurgen Klopp.

Madankollu, Dortmund issa jinsabu ‘fil-pole position’ biex jiffirmaw lil Adeyemi, b’Dortmund jiftaħru b’rekord partikolarment b’saħħtu fl-iżvilupp tat-talent żagħżugħ.

Huwa mifhum li l-manager ta’ Dortmund Sebastian Kehl diġà kellu taħditiet mal-aġent ta’ Adeyemi, u l-player jista’ jdaħħal £2.5 miljun fis-sena fil-Westfalenstadion.

Bayern Munich, Real Madrid u Inter ġew ikkreditati wkoll b’interess f’Adeyemi, li jingħad li huwa stmat għal €35m minn Salzburg.

Ekonomija

Sport