Monday, December 9, 2024

Żewġ persuni jmutu wara li vapur tal-merkanzija jegħreq fil-Baħar l-Iswed kaġun ta’ maltemp qawwi

Aqra wkoll

Żewġ persuni mietu wara li vapur tal-merkanzija għereq ’il barra mill-kosta tal-Baħar l-Iswed fit-Turkija. Il-gvernatur tal-provinċja ta’ Bartin qal li l-vapur għereq ’il barra minn Inkumu fit-Tramuntana tat-Turkija aktar kmieni llum.

Huwa qal ukoll li l-ħaddiema tas-salvataġġ salvaw mill-inqas sitt membri tal-ekwipaġġ filwaqt li aktar tard sabu liż-żewġ vittmi.

Il-gwardja tal-kosta Torka qalet li l-vapur kien iġorr l-isem Arvin.

Il-Ministeru għat-Trasport tat-Turkija qal li l-vapur kellu 12-il membru tal-ekwipaġġ abbord, li kienu jinkludu żewġ persuni ta’ nazzjonalità Russa u għaxar Ukreni.

Il-vapur kien qed ibaħħar minn Georgia lejn il-Bulgarija madankollu prova jidħol fil-port ta’ Bartin minħabba l-maltemp. Iż-żona ntlaqtet minn xita qliel, riħ qawwi, u borra.

Ekonomija

Sport