Friday, December 27, 2024

Żewġ persuni jweġġgħu bil-mutur f’żewġ inċidenti separati

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur u raġel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku lbieraħ filgħaxija.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tad-08.45pm, fi Triq Birżebbuġa,Birżebbuġa. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Albaniż ta’ 25 sena ntlaqat minn BMW, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Birżebbuġa.

It-tieni inċident ġara għall-ħabta tal-10.45pm, fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Ungeriż ta’ 37 sena tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Yamaha, u waqa’.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport