Tuesday, May 14, 2024

Bosta maħsudin bil-mewt ta’ Maria, omm ta’ żewġt itfal

Aqra wkoll

Bħal leħħaq ta’ berqa, ilbieraħ għall-ħabta tal-4.00pm f’Għawdex ġriet l-aħbar li kienet mietet Maria Formosa, omm ta’ 35 sena. Maria kienet tgħix ir-Rabat Għawdex.

Sa ftit ġranet ilu Maria kienet f’saħħitha, iżda wara marda qasira hi spiċċat tilfet il-battalja tagħha u mietet.

Maria kienet taħdem fl-Uffiċju tal-Finanzi f’Għawdex u għalhekk kien hemm diversi persuni li kienu jafuha.

Ma jistax jonqos il-messaġġi li nkitbu fuq il-profil tagħha minn kollegi u sħabha, kollha maħsuda għal aħbar tal-mewt tagħha u kif jista’ jkun tħalli żewġt itfal daqshekk żgħar warajha.

Ħbieb tagħha bdew jixxerjaw fuq il-midja soċjali ritratti ta’ meta kienu jkunu flimkien ma’ Maria jiddevertu u jistaqsu għaliex kien ġara hekk meta Maria kienet persuna tant b’qalba tajba.

Oħrajn kitbu li ma jistgħux jemmnu li l-kollega tagħhom kienet tilfet il-battalja ma’ marda fi żmien daqshekk qasir u filwaqt li jagħtu l-kondoljanzi lill-familja, joffru l-għajnuna lil uliedha.

Sport