Thursday, August 28, 2025

Żewġ persuni l-isptar wara inċident fix-Xewkija

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-6.00 p.m. tal-bieraħ meta fi Triq Madonna tal-Ħniena fix-Xewkija seħħ inċident tat-traffiku fejn żewġ perusni kellhom jiddaħlu l-Isptar.

L-inċident seħħ bejn karozza Toyota Yaris li kienet misjuqa minn raġel ta’ 38 sena mill-Ghana, iżda residenti ż-Żebbuġ Għawdex. Miegħu kellu tfajla ta’ 17-il sena mill-Polonja, iżda residenti x-Xagħra. Il-karozza l-oħra Ford Transit kienet misjuqa minn raġel ta’ 26 sena mis-Sirja, iżda residenti Għajnsielem.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li s-Sirjan għal xi raġuni baqa’ dieħel fuq in-naħa ta’ wara tal-Yaris.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-Yaris u lit-tfajla Polakka l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Is-Sirjan ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa filwaqt li l-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport