Minn hawn u ftit minuti oħra, għall-ħabta tas-1:00 p.m., żewġ persuni mistennija jitressqu l-Qorti b’rabta mal-aggressjoni li seħħet f’Bormla u li ħalliet raġel ta’ 36 sena fil-periklu tal-mewt.
Nhar il-Ħadd li għadda, Libjan residenti l-Imsida daħal l-Għassa ta’ Bormla u stqarr li kien għadu kif ġie aggredit b’daqqiet ta’ arma li taqta’ u bil-ponta f’residenza f’Bormla stess.
Investigazzjonijiet intensivi wasslu biex aktar tard, l-allegat aggressuri – żewġt irġiel ta’ 33 sena u ieħor ta’ 34 sena kollha residenti Bormla – ġew arrestati u nżammu fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana għal aktar stħarriġ.
Il-każ se jinstema’quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Abigail Critien.