Friday, May 17, 2024

Żewġ Rumeni jintbagħtu xahrejn ħabs kull wieħed fuq serq ta’ kartiera minn venda fil-Furjana

Aqra wkoll

Żewġ Rumeni, wieħed ta’ 38 sena u ieħor ta’ 51 sena ntbagħtu xahrejn ħabs kull wieħed wara li fil-Qorti ammettew li serqu u raddew lura l-flus.

Quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi, iż-żewġ irġiel Lucian Ionut Serban u Andrei Nistor ġew mixlija li f’Marzu li għadda serqu kartiera mill-venda tal-Furjana.

Wieħed mir-Rumen, kien mixli wkoll li żamm għandu affarijiet misruqa u li seraq karta tal-kreditu mill-Gżira wkoll.

Fil-Qorti, iż-żewġt irġiel, ammettew għall-akkużi miġjuba kontrihomn. Intant, meta ġiet biex tagħti s-sentenza l-Qorti kkunsidrat li l-imputati ammettew u kkoperaw mal-Pulizija u ppreżentaw €276.24 sabiex jitħallsu lura l-vittmi.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Kevan Azzopardi, qal li l-piena għandha diversi skopijiet fosthom li ssewwi dak li jkun sar ħażin u għaldaqstant iż-żewġ irġiel intbagħtu xahrejn ħabs kull wieħed.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport