Monday, May 13, 2024

Disa’ xhur ħabs għal Libjan li ħebb għal sid ta’ ħanut fil-Marsa

Aqra wkoll

Libjan ta’ 47 sena li m’għandux indirizz fiss, ġie kkundannat disa’ xhur ħabs wara li fil-Qorti, ammetta li wettaq għadd ta’ serqiet, li ħebb għal sid ta’ ħanut u li sar riċediv.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li s-serqiet twettqu matul dawn l-aħħar xahrejn u li l-akkużat ġie identifikat minn filmati tas-sigurtà li kien hemm fil-viċinanzi ta’ fejn wettaq is-serqiet.

Il-Prosekuzzjoni kompliet tispjega li l-akkużat, Ibrahim Tonsi kien qiegħed fuq is-sistema tal-Pulizija ta’ nies imfittxija. Fir-rigward tas-serq, l-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa spjegat li wħud mill-oġġetti misruq ġew irritornati lura.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti kkundannat lill-Libjan disa’ xhur ħabs, filwaqt li ħarġet ordni ta’ trażżin għal sena favur is-sid tal-ħanut tal-Marsa.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa u mill-Avukat Giuliana Magro Conti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għall-akkużat deher l-Avukat Martin Herrera.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport