Sunday, November 24, 2024

Żewġ sewwieqa ta’ muturi jweġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku 

Aqra wkoll

Żewġt irġiel kellhom jittieħdu l-Isptar wara li weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku matul il-jum tas-Sibt. 

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-1:15 p.m, fi Triq Sant’ Antnin, Marsaskala. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Marsaskala u Mitsubishi Outlander, li kien qed jinstaq minn mara ta’ 34 sena residenti l-Fgura.

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 p.m, fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex. Mill-istħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Kawasaki misjuq minn raġel ta’ 32 residenti n-Nadur u Fiat 500 li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 26 sena residenti x-Xagħra. 

Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u sewwieqa tal-muturi ttieħdu fi sptarijiet rispettivi b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport