Wednesday, May 15, 2024

“L-artist Malti għandu jiġi trattat daqs dak barrani”

The Travellers wara li twaqqfu qabel waqt il-kunċert tal-Euro Pride

Aqra wkoll

Fost l-artisti li offrew spettaklu waqt l-aħħar ċelebrazzjonijiet li ġabu fi tmiemhom 11-il jum ta’ Euro Pride kien hemm il-grupp lokali The Travellers.

Fi stqarrija qasira b’rabta mal-avveniment tal-bieraħ, l-artisti lokali qalu li jinsabu dispjaċuti mmens li lbieraħ ġew imwaqqfa f’nofs diska biex jispiċċaw qabel il-ħin previst.

“L-artist Malti għandu jiġi ttrattat daqs dak barrani u nisperaw li dak li ġara lbieraħ ma jerġa’ jiġri lill-ebda artist lokali ieħor”, tennew jgħidu bħala grupp filwaqt li sostnew li tibqa’ prijorità li kulħadd jiġi meqjus l-istess fis-soċjetà tal-lum.

Sport