Sunday, December 22, 2024

Żewġ Sirjani mistennija jitressqu l-Qorti b’rabta mal-argument li seħħ fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tat-3:30 p.m., il-Pulizija ser tressaq Sirjan ta’ 30 sena l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li Sirjan ta’ 30 sena residenti l-Mosta darab b’mod gravi Sirjan ta’ 37 sena b’daqqa ta’ injama f’rasu.

Is-Sirjan l-ieħor arrestat għandu 35 sena u huwa residenti l-Marsa. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti għada, akkużat li darab b’mod ħafif Sirjan ta’ 23 sena b’arma li taqta’ u bil-ponta.

L-nvestigazzjonijiet bla waqfien mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun b’rabta mal-argument li seħħ nhar il-Ħamis li għadda fi Triq il-Kbira San Ġużepp, wasslu biex ġew identifikati u arrestati żewġ Sirjani li allegatament darbu żewġ persuni waqt dan l-argument.

Intant, il-Pulizija identifikaw ukoll 11-il persuna oħra li kienu involuti fl-istess argument. Dawn mistenni jitressqu l-Qorti aktar ‘il quddiem b’ċitazzjoni u jkunu akkużati bi ksur tal-paċi pubblika u li ma obdewx ordnijiet leġittimi tal-Pulizija.

Ekonomija

Sport