Il-Pulizija lbieraħ irnexxielha tarresta żewġ Taljani. Dan wara li għall-ħabta tal-10:00 p.m, il-Pulizija rċeviet rapport li kien hemm żewġ persuni li serqu vann tat-Tip Toyota Dyna minn Trq ix-Xnejn Abjad f’Wied l-Għajn.
Ftit wara r-rapport, l-Pulizja marru jagħmlu ronda u lemħu l-istess vann imsemmi fi Triq San Anard, f’Ħal Tarxien u waqqfuh.
Immedjatament, iż-żewġ persuni li kienu fil-vann ġew arrestati u ġew identifikati bħala Taljanta’ 24 sena residenti ix-Xgħajra u Taljan ta’ 52 sena residenti Wied il-Għajn.
Iż-żewġt irġiel qegħdin jinżammu arrestati fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.