Iż-żewġ umpires lokali tal-hockey Alessandro Amore u Edward Hughes jinsabu Ġibilta’ sabiex jikkontrollaw logħbiet mill-Euro Hockey Challenge Cup li se tibda llum.
Għal Amore din hi l-ewwel esperjenza tiegħu jikkontrolla f’din il-kompetizzjoni. Hu kiseb esperjenza notevoli fuq livell lokali f’dawn is-snin jikkontrolla f’din il-logħba u għalhekk din is-sejħa internazzjonali kienet waħda mistħoqqa.
Min-naħa l-oħra, Edward Hughes kiseb esperjenza notevoli f’din it-tip ta’ kompetizzjoni u fl-istaġun li għadda sar l-ewwel umpire Malti li kkontrolla l-final tal-Euro Hockey Challenge Cup.
Sadanittant illum jidħlu fl-azzjoni t-timijiet Maltin fl-ewwel logħba tagħhom fejn Qormi jaffaċċjaw li lil HC Luxembourg filwaqt li fil-5pm, Trust Payments Floriana Young Stars għandhom impenn diffiċli kontra t-tim ospitu ta’ Eagles HC.